Madwar

l-ekonomija blu tirrapreżenta mal-5.4 miljun xogħol madwar l-Ewropa. Dawn ix-xogħolijiet jgħaqdu mal-500,000 miljun ewro fis-sena. Fi ħdan dan is-settur, hemm diversi possibilitajiet ta’ xogħolijiet differenti iżda wieħed mill-iktar importanti hu t-turiżmu marittimu, li hu sors importanti ta’ intraprenditorija. Dan is-settur jinkludi s-servizzi turistiċi relatati mal-ekoloġija u sustanibilità għax dawn jinkoraġixxu turiżmu responsabbli li jirispetta l-ambjent f’ ċertu siti kostali li mhumiex operati mil-industrija turistika tradizzjonali. 

Skont ir-rapport anwali preżentat mill-Kummissjoni Ewropew fuq  l-ekonomija blu tal-UE, it-turiżmu kostali jikkontribwixxi b’mod sinifikanti fil-kreazzjoni ta’ aktar impieg. Minħabba f’hekk, is-settur blu għandu potenzjal speċjali biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kumpaniji ġodda, kif ukoll jimplika li hemm implementazzjonijiet ġodda li jgħinu liż-żagħżagħ li għandhom vokazzjoni għan-negozju, speċjalment li għandu x’jaqsam mat-turiżmu blu u l-ekoloġija, fl-iżvilupp ta’ ħiliet tagħhom. 

L-għanijiet tal proġett ‘Ecoblue Tourism’ huma: 

  • Biex jiżdiedu l-opportunitajiet tal-intraprenditorija fil-qasam tat-turiżmu blu permezz ta’ metodoloġiji ta’ taħriġ innovattivi, speċjalment f’’pajjiżi kostali, kif ukoll biex jittejbu l-ħiliet entraprenditorjali ta’ żagħżagħ li ilhom li mingħajr xogħol u li jixtiequ jaħdmu f’dan il-qasam. 
  • L-implimentazzjoni ta’ kors f’ċentri u organizzazzjonijiet ta’ taħriġ. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-kontenuti dwar l-intraprenditorija relatati mal-ekoturiżmu blu ser jiġu żviluppati sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jlestu l-kors b’mod flessibbli permezz ta ‘app ta’ tagħlim.
  • It-titjib tal-kompetenza professjonali ta’ dawk li jħarrġu lill-adulti, b’relazzjoni mal-metodu ta’ tagħlim permezz ta ‘app, fl-oqsma relatati mal-promozzjoni tal-intraprenditorija fit-turiżmu blu.

Dan it-titjib se jippermetti preparazzjoni aħjar ta’ dawn it-trejners sabiex jittrażmettu għarfien dwar l-intraprenditorija u l-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ negozju fl-attività ta’ ekoturiżmu blu.

 

Il-benefiċjarji ewlenin tal-proġett se jkunu żgħażagħ bla impieg fit-tul li jridu jtejbu l-ħiliet tagħhom fl-intraprenditorija u dawk li jħarrġu biex jkunu jafu metodu ġdid ta’ taħriġ intraprenditorjali mmirat lejn il-ħolqien ta’ kumpaniji fl-ekoturiżmu blu. Il-proġett se jkun immirat ukoll lejn partijiet interessati oħra bħal ċentri ta’ taħriġ, organizzazzjonijiet ta’ intraprendituri, kmamar ta’ kummerċ, assoċjazzjonijiet tan-negozju, u awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali relatati mal-intraprenditorija u t-turiżmu.

Ir-riżultati intellettwali li ġejjin se jiġu żviluppati biex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba:

  • Gwida ta’ taħriġ dwar pjanijiet ta’ negozju tal-ekoturiżmu blu: l-għan prinċipali hu biex ngħalmu l-istudenti kif jikrejaw u jippreparaw pjan ta’ negozju tal-ekoturiżmu blu.
  • L-app tat-tagħlim tal-‘Ecoblue Tourism’ hija applikazzjoni li se taħdem fuq smartphones u tablets kompatibbli mas-sistemi Android u iOS. Il-kontenut se jkun relatat mal-intraprenditorija biex jinkisbu ħiliet kummerċjali mmirati lejn il-ħolqien ta’ kumpanija tal-ekoturiżmu blu. Fil-proġett, hemm attività ta’ tagħlim (‘Ecoblue Tourism’ għal min iħarreġ) immirata għal professuri speċjalizzati fis-suġġett tal-intraprenditorija.

 

Finalment, huwa ppjanat li jitfassal kors ta’ taħriġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet intraprenditorjali tas-settur tal-ekoturiżmu blu. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-kontenut tal-kors se jsegwi l-metodoloġija ECVET fi ħdan il-qafas EntreComp. Se jkun inkorporat fl-offerta ta’ taħriġ ta’ ċentri ta’ taħriġ differenti sabiex ikunu jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ qiegħda jidħlu fis-suq tax-xogħol permezz ta’ impjieg indipendenti. Il-proġett “Ecoblue Tourism” se jgħin biex jippromwovi l-impjiegi u l-integrazzjoni ekonomika ta’ żgħażagħ qiegħda fi Spanja, l-Italja, il-Greċja, Malta, Ċipru u t-Turkija, u joffri soluzzjonijiet innovattivi għat-taħriġ tagħhom bħala intraprendituri futuri bil-għan li jinħolqu kumpaniji f’ambjent ekonomiku importanti.