L-Università Jaume I ta’ Castellón organizzat konferenza tal-Erasmus+ fit-13 ta’ Frar 2020. Il-proġett tal-‘Ecoblue Tourism’ ġie introdott bħala każ ta’ suċċess fil-qafas ta’ din il-konferenza, li għandha l-għan li tħeġġeġ lill-gruppi ta’ riċerka universitarji u assoċjazzjonijiet oħra biex jipparteċipaw fil-programm Erasmus+.
Anna Tolosa, il-maniġer tal-proġett u parti mit-tim tal-EuroFUE-UJI, hija responsabli għall-koordinazzjoni tal-proġett. Hi ppreżentat il-proġett tal-‘Ecoblue Tourism’ lill-parteċipanti tal-konferenza li ġabret riċerkaturi, fondazzjonijiet, muniċipalitajiet, assoċjazzjonijiet u istituzzjonijiet mill-provinċja kollha ta’ Castellón. L-‘Ecoblue Tourism’ huwa eżempju ta’ prattiċi tajbin u ta’ suċċess kemm għat-tħejjija ta’ proposta tal-proġett kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-proġett.
Eva Alcón, ir-rettur tal-Universita ta’ Jaume I, fetħet il-konferenza tal-Erasmus+. Din il-konferenza kienet tinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-programm SEPIE, fl-Agenzija Nazzjonali tal-maniġerija, disseminazzjoni u promozzjoni tal-programm tal-Erasmus+, fil-qasam tal-Edukazzjoni u Taħriġ fl-Unjoni Ewropea.
Il-konsulent tekniku ta’ SEPIE, Miguel Ángel Serna ta xi ħjiel u linji gwida sabiex iħejji proposta għal proġett Erasmus+ lill-parteċipanti, li ġiet promossa mill-Viċi-rettorat tal-Internazzjonalizzazzjoni u l-Kooperazzjoni tal-Università Jaume I ta ’Castellón.