IL-PARTEĊIPANTI TAL-PROĠETT TAL-ERASMUS+, ‘ECOBLUE TOURISM’ JINTAQGĦU GĦALL-EWWEL DARBA F’LAQGĦA VIRTWALI

Il-proġett Ewropew dwar l-intraprenditorija tal-ekoturiżmu blu, ‘Ecoblue Tourism’ għamel laqgħa virtwali nhar it-Tlieta 16 ta’ Ġunju bejn l-imsieħba kollha. Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programm Erasmus+, għandu konsorzju ta’ 7 imsieħba mill-Greċja, Spanja, Ċipru, it-Turkija, l-Italja u Malta, ikkoordinat mill-Fundación Universitat Jaume I-Empresa (FUE-UJI). Il-konsorzju kien skedat li jiltaqa’ f’Malta f’Mejju għat-tieni laqgħa transnazzjonali…